Il-mewt ta' Jan Pace, il-ġuvni ta' 36 sena li ġie rrappurtat nieqes il-ġimgħa l-oħra, qajmet diskussjoni fuq is-saħħa mentali u kif wieħed jista' jkun qed issoffri fil-moħbi. Crisis Resolution Malta offriet l-appoġġ għal dawk li qed issoffru.
"Irridu nkunu ċerti li l-mewt ta' Jan ma kienitx għal xejn," telgħet il-Crisis Resolution Malta (CRM) fuq Facebook.
Fl-istess post, CRM issemmi l-importanza li d-diskussjoni rigward is-suwiċidju tkkun "mhux sensazzjonali," voldieri iżjed kemm ikun hemm diskussjoni, iżjed ikun hemm individwi li lesti jitolbu għall-għajnuna u b'hekk titnaqqas ir-rata tas-suwiċidju.
Metodu ieħor li semmiegħt il-CRM huwa li jkun appoġġ għall-Crisis Team, fejn wieħed jitgħallem kif jiddentifika kriżi, fatturi ta' riskju u jinduna meta għandu jitlob għall-għajnuna. CRM stess joffru servizz jgħidulu 'Crisis Talk' fejn wieħed jitgħallem dawn.
Il-CRM talbet l-appoġġ tan-nies fil-kampanja tagħhom sabiex l-Istrateġija Nazzjonali għall-Prevenzzjoni tas-Suwiċidju tinkludi l-imsieħba soċjali kollha u protokolli għal każijiet bħal dawn.
Huma enfasizzaw li dawn it-tliet affarijiet jistgħu jsalvaw ħafna ħajiet. Huma komplew billi irringrazzjaw lil kull minn għin sabiex jinstab Jan, "Malta u Għawdex qamu għal Jan."
Fl-aħħar tisliema lil Jan Pace, CRM appellaw lil kull min kien affettwat bil-mewt ta' Jan sabiex jikkuntatjhom u jfittex l-għajnuna.