Illum huwa San Girgor u bħal-lum, normalment isir pellegrinaġġ kbir li fih jieħdu sehem ukoll il-Kapitlu tal-Katidral u l-fratellanzi.
Minkejja li din is-sena dan ma setax isir, l-Arcisqof Charles Scicluna dalgħodu għamel b’mod privat il-pellegrinaġġ ta’ San Girgor, mill-Kappella ta’ San Klement fejn waqaf għal mument ta’ talb, sal-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, fejn l-Arċisqof ta wkoll il-barka.
Dan il-pellegrinagg isir dejjem nhar l-Erbgha fuq l-Ghid il-Kbir tal-Mulej.
Il-purċissjoni kienet bdiet issir fl-1543, ftit snin qabel l-Assedju l-Kbir, bħala talba lil Alla biex issaltan il-paċi fost in-nazzjonijiet Ewropej fi żmien ta’ periklu kbir.
F’dak iż-żmien, wegħdi ta’ pellegrinaġġi simili kienu komuni ħafna.
Din is-sena l-Arċisqof iddeċieda li l-pellegrinaġġ jieħu xejra penitenzjali u li jsir talb speċjali biex il-Mulej jgħinna waqt iż-żmien tal-pandemija tal-Covid-19.