Ara Filmati | 'Diżastru' madwar il-pajjiż kollu ... tkissir, ħsarat kbar u 'xita' ta' ħut

Filmati mix-Xemxija, Tas-Sliema u San Ġiljan juru ammont kbir ta' ħsarat li qed joħloq riefnu li għaddej minn fuq pajjiżna

Ħut fuq il-bonnett u diżastru assolut f'inħawi fil-pajjiż
Ħut fuq il-bonnett u diżastru assolut f'inħawi fil-pajjiż

Ir-riħ qawwa ta' riefnu li qed jagħmel matul il-jum qed ifisser tkissir totali ta' ċerti żoni fil-pajjiż. Fil-fatt dawn il-filmati li qed nuru hawn juru l-istat tax-xatt tax-Xemxija, mimli injam, biżżiet tal-plastik u alka li tella' l-baħar. Imma mhux biss filmati li qed jibqgħu jduru fuq il-midja soċjali bħalissa qed jagħtu stampa ta' diżastru prattikament kull fejn qed jaqbel il-baħar, l-aktar San Ġiljan u Tas Sliema. 

 

Intant minħabba l-maltemp il-PN ippospona l-Kunsill Ġenerali li kellu jitlaqqa' llum minħabba l-periklu li hemm fit-toroq kif ikkanċella wkoll l-attività tiegħu l-Partit Laburista. 

Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li titjira tal-Emirates minn Larnaca, Ċipru, kelha tkun posposta għal għada minħabba ir-riħ qawwi ħafna li laqat lill-pajjiż. 

Jidher, skont siti tat-temp, fosthom windfinde,r illi r-riħ u l-maltemp se jippersisti matul il-ġurnata u jibda jonqos mal-lejl. 

 

(Il-filmat tal-Balluta/Tas-Sliema inġibdu mill-fotografu Rene Rossignaud/Il-filmati minn San Pawl il-Baħar ittieħdu minn Weather Page Malta/Il-filmat minn San Ġiljan inġibed minn Andre Camilleri/Il-filmati tax-Xemxija inġibdu minn Albert Gauci Cunningham)

 

More in Socjali