Jibda llum il-11-il jum tal-ġuri ta' Yorgen Fenech dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, hekk kif il-Qorti mistennija tkompli tisma' aktar xhieda relatati mal-investigazzjoni.
Is-seduta tas-Sibt kienet ikkaratterizzata mix-xhieda tal-espert tal-FBI Richard Fenner u tal-espert tal-Qorti Dr Martin Bajada, li taw dettalji estensivi dwar l-investigazzjoni diġitali, l-analiżi tad-data taċ-ċellulari u l-eżami tal-mobile ta' Daphne Caruana Galizia.
Il-Qorti semgħet ukoll dibattitu legali bejn il-prosekutur Godwin Cini u t-tim tad-difiża dwar il-mod kif għandhom jiġu ppreżentati lill-ġurati l-emails estratti mill-apparati tal-ġurnalista maqtula.
Illum il-ġuri mistenni jkompli b'aktar xhieda u evidenza relatata mal-każ.
Aħna se nkunu qed insegwu l-proċeduri mill-Awla 22 u nwasslulkom kull żvilupp hekk kif iseħħ matul il-ġurnata.