Tifel ta’ erba’ snin jinsab f’qagħda serja wara inċident li seħħ f’pixxina ta’ residenza privata f’Marsaxlokk.
Il-pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:45am ġiet infurmata li kienet meħtieġa assistenza fi Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk.
Fuq il-post marru immedjatament uffiċjali tal-pulizija flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Meta waslu, il-pulizija sabu lit-tifel mitluf minn sensih wara li kien ittella’ mill-ilma minn persuni li kienu fir-residenza.
Ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda serja.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia, li ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.