Agatino Claudio Roberto, 49, Daniela Portale, 42, Keith Spiteri, 26 u Jide Mallia, 26, dehru quddiem il-Qorti tal-Maġistrati nhar il-Ħamis wara li nstabet 12.5 kilogramma kokaina ġejja minn Sqallija f’karozza.
Il-Qorti semgħet kif nhar it-3 ta’ Marzu, investigazzjonijiet wasslu sabiex tiġi identifikata vettura fost diversi vetturi li kienu qed jipu użati biex tiġi importata d-droga minn Sqallija.
Irriżulta li ż-żewġ Taljani — raġel ta’ 49 sena u mara ta’ 42 sena — kienu se jaslu Malta b’vettura bil-katamaran minn Sqallija. Wara li niżlu minn fuq il-katamaran, ssugwentement, il-pulizija segwewhom sal-Gudja fejn it-Taljani ltaqgħu ma’ żewġ Maltin ta’ 26 sena.
Kien hawn li l-pulizija n terċettat il-vettura u l-erba’ persuni ġew arrestati. Meta saret it-tfittxija, instab l-ammont ta’ 12.5 kilogramma kokaina fil-bumper tal-karozza.
Il-prosekuzzjoni talbet għall-iffriżar tal-assi tal-imputati, fejn il-Qorti laqgħet it-talba.
Il-każ ikompli.
Maġistrat Donatella Frendo Dimech ippresediet fuq is-seduta.
Spettur Alfredo Mangion flimkien mal-avukata Maria Francesca Spitteri mexxew il-prosekuzzjoni.
Avukati tad-diviża, Rachel Tua u Yanika Bugeja dehru għat-Taljani, filwaqt li Franco Debono u Adreana Zammit dehru għal Keith Spiteri, kif ukoll Matthew Xuereb u Marion Camilleri irrappreżentaw lil Jide Mallia.