Mohamed Ali Ahmem Elmushraty, magħruf aħjar bħala Lilu King, ingħata l-libertà proviżorja wara li f'Ottubru tressaq il-Qorti akkužat li hedded u weġa' raġel f'Tas-Sliema, kif ukoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja f'tliet kawži preċedenti.
Elmushraty, 32, ta' nazzjonalità Tuneżina u intraprenditur f'Paceville, hu magħruf talli juri l-ħajja lussuża tiegħu fuq il-midja soćjali. Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi li jirriżultaw minn inćident li seħħ fit-12 ta' Ottubru, fejn skont filmati tas-CCTV, il-vittma deher jiġġieled għal ħajtu waqt li Elmushraty kien qed isegwih. Il-prosekuzzjoni ssostni li l-vittma spiċċa attakkat, filwaqt li d-difiža ta' Elmushraty targumenta li l-vittma allegatament tefa' birra fuqu.
Matul il-kumpilazzjoni tax-xhieda, l-Ispettur Eman Hayman informa lill-Qorti li Elmushraty kien diġà kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja li kienu tpoġġew fuqu f'Marzu 2024, Mejju 2023, u Ottubru 2019. Minkejja dan, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo għażlet li tagħtihlibertà proviżorja bi depożitu ta' €30,000 u garanzija personali ta' €100,000. Huwa jrid jiffirma darbtejn kuljum fl-għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan, u josserva curfew minn 9pm sas-7am, u jrid jissottometti l-passaport u l-karta tal-identità tiegħu. Barra minn hekk, hu projbit milli jersaq lejn xhieda tal-prosekuzzjoni jew portijiet ta' ħruġ.