Il-Qorti talbet lill-editur ta’ Lovin Malta, u lill-avukat Jason Azzopardi biex ineħħu mill-midja soċjali u s-siti respettivi tagħhom parti minn intervista li saret bejnithom fl-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu.
F’rikors imressaq mill-avukati ta’ Yorgen Fenech, intalab li minnufih titneħħa silta ta’ 10 minuti u 21 sekonda mill-intervista. Skont l-avukati, dan għaliex il-kummenti ta’ Azzopardi jistgħu jinterferixxu fil-kors tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.
Fl-intervista msemmija Jason Azzopardi jidħol f’dettal ta’ kawża pendenti kontra Yorgen Fenech, il-persuna primarja akkużata bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Tilqa’ ir-rikors, il-Qorti spjegat li Azzopardi għamel dikjarazzjoni fuq persuna preżunta innoċenti u li għadha se taffaċċja il-proċċess ġudizzjarju.
Hija qalet li dan kollu jista’ jinfluwenza ġudizzju li għad irid jittieħed mill-ġurija popolari u li għadha trid tintagħżel.
Talbet ukoll lill-avukat Jason Azzopardi sabiex minufih ineħħi min-naħa tiegħu l-istess silta mill-filmat ippubblikat fuq il-paġna personali tiegħu ta’ Facebook.
Il-Qorti għamlitha ċara li lesta tieħu passi ulterjuri.