Tifel ta' sitt snin imut wara li waqa' f'pixxina

L-inċident seħħ nhar it-13 ta’ Mejju, f’pixxina f’residenza privata, għall-ħabta tas-2.15pm, fi Triq Sant’Andrija, Swieqi

Ritratt ta' TVM
Ritratt ta' TVM

Tifel ta’ sitt snin tilef ħajtu s-Sibt wara li aktar kmieni dan ix-xahar waqa’ f’pixxina.

L-inċident seħħ nhar it-13 ta’ Mejju, f’pixxina f’residenza privata, għall-ħabta tas-2.15pm, fi Triq Sant’Andrija, Swieqi.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza.

Huwa kien ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament, sfortunatament inqas minn ħmistax wara l-inċident it-tifel tilef ħajtu.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Philip Farrugia Galea. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija