Il-Qorti ma ssibx lis-Sindku ta' Santa Venera ħati ta' sewqan taħt l-effett tax-xorb

Is-Sindku ta’ Santa Venera, Stephen Sultana jinħeles minn kull akkuża, u jgħid li l-uffiċjali tal-LESA wara r-rapport għamlu vendetta minnu għax kien ċanfarhom meta sabhom jitgħażżnu minflok jidderieġu t-traffiku waqt il-ġranet tal-festa

Is-Sindku ta’ Santa Venera, Stephen Sultana
Is-Sindku ta’ Santa Venera, Stephen Sultana

Il-Qorti ma sabitx lis-Sindku ta’ Santa Venera, Stephen Sultana, ħati li fl-2022 saq karozza taħt l-effett tax-xorb u b’manjiera perikoluża.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Boffa kien akkużat minn żewġ uffiċjali tal-LESA, li meta waqqfuh, sabu li ma kienx fi stat li jsuq.

Huma qalu li Sultana beda’ jirrifjuta jieħu test tal-breathalyser u saq minn fuq ‘l post.

Iżda Sultana argumenta li ż-żewġ uffiċjali waqt li kienu nkarigati jidderieġu t-traffiku waqt il-ġranet tal-festa, u hu waqaf biex iċanfarhom.

Qal li kien iddiżapuntat bl-attitudni tagħho, u qallhom li mhux se jħallas tas-servizz. Hawn hu allega li l-uffiċjali gidbu dwaru biex ipattuhielu.

Għaldaqstant, wieħed mill-uffiċjali ammetta li kien qed jistrieħ mal-karozza iżda wieġeb li s-sindku għajjat magħhom u insultha wieħed minnhom, qabel ma saq minn fuq ‘l post.

Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Victor Axiak qal li hemm dubju dwar ix-xhieda tal-uffiċjali, filwaqt li spjega li anke li kieku s-Sindku għajjat mal-uffiċjali, dan ma jfissirx li kien qed jgħajjarhom.

Irrimarka ukoll li l-uffiċjali ma ressqu l-ebda evidenza dwar l-akkuża u l-kameras tas-sigurtà ma qabdux l-inċident.

L-Ispetturi Nicholas Vella u Rachel Aquilina mexxew il-Prosekuzzjoni.

L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri rrappreżentaw lil Sultana.

More in Qrati u Pulizija