L-eks ministri Laburisti Chris Fearne u Edward Scicluna huma mistennija jitressqu l-Qorti fid-29 ta’ Mejju, ġurnata wara li jibda’ l-ismigħ tal-kawża Vitals.
It-tnejn li huma jagħmlu parti minn lista ta’ 15 -il persuna akkużati bil-frodi ta’ €5,000 b’konessjoni mal-konklużjonijiet tal-Inkjesta Vitals.
Ġurnata qabel, fit-28, se jkunu qed jittresqu numru oħra ta’ persuni, b’akkużi differenti fl-istess każ, inkluż l-eks prim ministru Joseph Muscat.
Fost persuni oħra mressqa ma’ Fearne u Scicluna hemm eks segretarji permanenti Alfred Camilleri u Joseph Rapa, segretarju permanenti kurrenti Ronald Mizzi, u ħames avukati: Kevin Deguara, Jean Carl Farrugia, Aron Mifsud Bonnici, Deborah Anne Chappell, and Bradley Gatt.