L-Imħallef jordna li Muscat jingħata aċċess limitat għall-inkjesta Vitals

Imħallef jordna lill-Avukat Ġenerali biex tagħti partijiet mill-inkjesta Vitals lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat

L-Imħallef Giovanni Grixti ordna lill-Avukat Ġenerali biex tagħti partijiet mill-inkjesta Vitals lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Dan filwaqt li għamilha ċara li jingħata biss il-partijiet li jirreferu għalih.

L-Imħallef ħa din id-deċiżjoni wara li l-avukati ta’ Muscat qalu li ma jistgħux jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom jekk mhux se jaraw l-inkjesta.

L-Avukat tal-Istat ingħata biss erbat ijiem ċans biex jappella din id-deċiżjoni.

Muscat jirrifjuta jixhed

Minkejja li ngħata ċans ieħor biex jixhed, Muscat irrifjuta.

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, fil-każ miftuħ minn Muscat stess, semgħet kif l-eks Prim Ministru ma attendiex din is-seduta minkejja li l-marixxal tal-Qorti sejjaħ ismu diversi drabi.

Il-każ ikompli f’Ġunju.

L-Imħallef Giovanni Grixti qed jippresiedi l-kawża.

L-avukat Vince Galea u Charlon Gouder qed jirrappreżentaw lil Muscat.

L-avukat James d’Agostino qed jirrappreżenta l-Avukat tal-Istat.

More in Qrati u Pulizija