Tliet persuni jgħidu fil-Qorti li qalbu l-indirizzi fis-Siġġiewi minkejja li ma jgħixux hemm

Iż-żewġ nisa qalu li bħalissa qed jgħixu Ħal Qormi u t-tielet mara qalet li qed tgħix San Ġwann, filwaqt li Ir-raba’ persuna li kellha tixhed ma dehritx fil-Qorti u l-anqas l-Imġarr, fejn qed tgħix bħalissa jew fis-Siġġiewi

Fil-Qorti, tliet nisa qalu li li l-indirizzi tagħhom inqalbu fuq binja fis-Siġġiewi tal-akkomodazzjoni soċjali, dan minkejja li għadha qed tinbena u għalhekk ma bdewx jgħixu fil-binja.

Iż-żewġ nisa qalu li bħalissa qed jgħixu Ħal Qormi u t-tielet mara qalet li qed tgħix San Ġwann, dan filwaqt li Ir-raba’ persuna li kellha tixhed ma dehritx fil-Qorti u l-anqas l-Imġarr, fejn qed tgħix bħalissa jew fis-Siġġiewi.

In-nisa spjegaw li persuna li ma jafux bagħtet għalihom biex jimlew formola ħalli jbiddlu l-indirizz tagħhom għas-Siġġiewi. Waħda min-nisa qalet li ġiet mitluba tibdel l-indirizz biex tkun tista’ tapplika għad-dawl u l-ilma fid-dar ġdida tagħha.

Ix-xhieda ħarġet minn kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista fejn fiha qed isostnu li -Partit Laburista rreġistra 99 persuna fuq binja li għadha qed tinbena. Fil-fatt Il-Partit Nazzjonalista ressaq 99 rikors li jitlob lill-Qorti biex tordna li r-reġistrazzjonijiet tal-indirizzi jitreġġgħu u l-persuni implikati jkunu reġistrati fil-post fejn qed jgħixu bħalissa.

Xehdu ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u l-Kunsillier Nazzjonalista fis-Siġġiewi Julian Borg li kkonfermaw li l-binja fis-Siġġiewi hija vojta u mhux f’post li jgħixu fiha n-nies.

Il-Maġistrat Kevan Azzoapardi qed jippresiedi l-kawżi. Il-każ ikompli l-Ħamis li ġej.

L-avukati Karol Aquilina u Joseph Grech qed jirrappreżentaw lill-Partit Nazzjonalista. L-avukati Pawlu Lia u Ramona Attard qed jirrappreżentaw lill-Partit Laburista.

 

 

More in Qrati u Pulizija