Aġġornat | Imut ir-raġel li waqa' sular u nofs f'San Ġiljan

Raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, miet wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jistrieħ fuq ċint

Parti minn Triq Dragunara, San Ġiljan. (Ritratt: Google Maps)
Parti minn Triq Dragunara, San Ġiljan. (Ritratt: Google Maps)

Raġel, li lbieraħ kien irraportat li ġarrab ġrieħi serji wara inċident fi Triq Dragunara, San Ġiljan, miet.

Il-pulizija qalu li r-raġel, li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa, sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jistrieħ fuq ċint.

L-inċident seħħ il-Ħamis filgħodu madwar 11:30am.

Tim mediku ġie msejjaħ fuq il-post u r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t'ambulanza.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji, iżda l-Ġimgħa filgħodu huwa miet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija