Ma sarx ksur bir-revoka tal-liċenzja wara li Borg akkumula 6810 punti penali, il-Qorti tikkonkludi

Il-liċenzja tas-sewqan ta' Christian Borg ġiet irrevokata wara li akkumulaw aktar minn 6,000 punti penali, dawn kienu r-riżultat tal-eluf ta’ kontravenzjonijiet u multi li kienu nġabru mit-38 vettura personali tiegħu u mis-746 karozzi tal-kiri tan-negozju tiegħu fuq medda ta’ sitt snin, bejn l-2012 u l-2018

Il-qorti ma sabet l-ebda ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-deċiżjoni tal-Awotorità ta’ Transport Malta meta rrivokat il-liċenzja ta’ Christian Borg wara l-eluf ta’ punti akkumulati min-negozju ta’ kiri tiegħu.

Ir-raġuni għad-deċiżjoni li tkun irrevokata l-liċenzja ta’ Borg kienet li din akkumulat total ta’ 6810 punt penali. Dawn kienu r-riżultat tal-eluf ta’ kontravenzjonijiet u multi li kienu nġabru mit-38 vettura personali tiegħu u tan-negozju tiegħu ta’ 746 karozza tal-kiri fuq medda ta’ sitt snin, bejn l-2012 u l-2018.

Borg, kien involut f’diversi kumpaniji, fosthom fil-kumpanija tal-kiri tal-karozzi Goldcar li tneħħithiela l-liċenzja tal-operat tagħha f’Marzu 2023.

Borg kien kiseb il-liċenzja tas-sewqan ta’ 18-il sena u wara ftit beda kumpanija tal-kiri.

Borg qed jiffaċċja akkużi fi proċeduri separati flimkien ma’ oħrajn, b’rabta mal-ħtif u t-theddid ta’ raġel fuq raġuni ta’ dejn. Huwa kien ġie akkużat ukoll li impjega b’mod illegali ċittadini mhux tal-UE f’ħasil tal-karozzi, iżda kien illiberat fil-biċċa l-kbira minħabba żbalji tal-prosekuzzjoni.

Borg kien ukoll qed jiġi investigat ukoll mill-pulizija b’rabta mal-użu ta’ cryptocurrency għall-kuntrabandu ta’ droga, armi u anke splussivi fil-pajjiż.

Minbarra l-proċeduri kriminali, il-kumpanija tal-kiri tal-karozzi ta’ Borg, No Deposit Cars Malta, bħalissa qed tiffaċċja diversi kawżi ċivili, waħda mill-akkużi hija ppreżentata minn aktar minn 70 eks klijent - sostnew li l-vetturi li kienu mikrija kienu armati illegalment b’apparat ta’ traċċar moħbi, u qed jitolbu wkoll investigazzjoni tal-pulizija dwar suspett ta’ evażjoni u frodi tat-taxxa minn Borg.

Borg kien konxju tal-liġi qabel ma beda n-negozju tal-kiri tiegħu.

F’deċiżjoni li ngħatat ilbieraħ, l-Imħallef Joseph R. Micallef ċaħad il-kawża ta’ Borg kontra l-Avukat tal-Istat u l-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta, u ordna wkoll lil Borg ibati l-ispejjeż tal-każ.

Il-Qorti kienet semgħet lix-xhieda jixhdu li Borg kellu liċenzja ta’ garaxx għas-servizz pubbliku u li kellu liċenzja tas-sewwieq minn meta għalaq 18-il sena. Din il-liċenzja tal-aħħar kienet suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tliet snin u kienet suġġetta għal revoka jekk ikunu saru aktar minn 12-il punt penali matul dak il-perjodu.

Wara li kiseb il-liċenzja tas-sewqan, fl-2012, Borg kien applika b’suċċess għall-permessi meħtieġa biex jopera kumpanija tal-kiri tal-karozzi.

Il-liġi li tirregola l-operat tal-kiri tal-karozzi tgħid li kull kontravenzjoni mġarrba jgħaddu lill-operatur li jikri l-vetturi.

Minkejja li Borg ma kienx involut personalment mal-multi, sa 2016 kienu nġabbru eluf ta’ punti penali.

Huwa mifhum li kien iħallas il-multi għal xi wħud mill-kontravenzjonijiet mingħajr ma jikkontestahom, u qal lill-qorti li “spiss ikun inutli li nikkontesta l-kontravenzjonijiet... għax il-maġġoranza tal-klijentela tiegħi hija barranija u kienet diġà tkun marret lura lejn il-pajjiż tagħha.”

Dak iż-żmien, kull darba li karozza rreġistra taħt Borg kienet tingħatalha kontevenzjoni, Borg kien jirċievi ittra minn TM sabie tinfurmah bl-ammont ta’ punti penali li akkumulaw mill-vetturi tal-kiri u li se jitnaqqsu mil-liċenzja personali tiegħu.

L-ittra kienet tgħid lil Borg biex iġib il-liċenzja tas-sewqan tiegħu fl-uffiċċji tal-awtorità sabiex fuqha tkun iskritta nota, li tirrifletti l-punti ta’ penalità mnaqqsa.

Fil-qorti ġie żvelat li f’Mejju 2012, Borg kien irċieva ittra, iżda dan qatt ma mar għall-appuntament, li wassal biex il-liċenzja tiegħu ma kinitx imġedda fis-sena ta’ wara.

L-avukat ta’ Borg kiteb lill-Awtorità biex talab biex jinstab rimedju, u sostna li s-sitwazzjoni li sab ruħu fiha ma kinitx tort tiegħu.

F’Ġunju 2014, Borg bagħat ittra ġudizzjarja lill-Awtorità biex iwaqqafha milli tirrevokalu l-liċenzja tas-sewqan bi prova u toħroġlu waħda permanenti. Wara li din it-talba kienet ġiet miċħuda, Borg kien ippreżenta proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva f’Lulju tal-2014, u sussegwentement ippreżenta l-kawża Kostituzzjonali tiegħu f’Lulju tal-2016. 

 

Il-Qorti nnotat li fis-snin minn meta l-każ kien ġie ppreżentat fl-2012, Borg kien kompla jiġbor punti penali fuq il-liċenzja tiegħu, u f’Novembru tal-2018 laħaq is-6810 punt.

“Il-Qorti tifhem li, minn meta kien beda n-negozju tiegħu.. il-problemi relatati ma’ kontravenzjonijiet li saru minn vetturi mikrija lil terzi ma kinux biss relatati mal-punti ta’ penali... It-tieni nett, mill-provi jirriżulta li l-Awtorità kienet bagħtet għalih fl-2012... kien injoraha u naqas milli jattendi. Kien minħabba f’hekk li l-liċenzja tiegħu ġiet revokata,” qal l-Imħallef.

“Ir-rimedju tal-petizzjoni huwa wieħed statutorju, introdott snin qabel ma l-applikant ikun kiseb il-liċenzja tas-sewqan tiegħu u għalhekk ikopri l-perjodu kollu li għandu x’jaqsam mal-ilmenti tar-rikorrent,”

L-Imħallef qabel mal-Awtoritàma kienx jeħtieġ li Borg bilfors jattendi personalment għas-seduti u li seta’ faċilment iqabbad lil xi ħadd ieħor biex jidher f’ismu. Barra minn hekk, mill-evidenza dokumentata esebita rriżulta li Borg kien, xi drabi, deher quddiem it-Tribunal u rnexxielu jikseb riżultat favorevoli.

L-Imħallef qal li r-raġuni għad-diffikultajiet li Borg kien sostna li xekklu l-aċċess tiegħu għall-proċess dovut “dehru li huma diffikultajiet maħluqa min-nuqqas ta’ organizzazzjoni fit-tmexxija tan-negozju tiegħu.” 

B’numru daqshekk kbir ta’ vetturi reġistrati taħt ismu, anke qabel l-2017, Borg kien messu ħoloq sistema ta’ kontrolli interni biex jassistih u jipproteġih mis-sistema ta’ punti li kienet diġà kienet fis-seħħ għal ħafna snin qabel ma kien saħansitra kiseb il-liċenzja tas-sewqan tiegħu.

Fir-rigward tal-argument ta’ Borg li minħabba r-responsabbiltà tiegħu għal kontravenzjonijiet li għamel ħaddieħor waqt li kien qed isuq il-vetturi tiegħu, kien qed jiġi kkastigat għal xi ħaġa li ma kienx għamel, l-Imħallef qal li ma kienx xogħol il-qorti li tgħid x’messu għamel il-leġiżlatur, iżda li għandha tkun applikata l-liġi u tevalwa jekk id-drittijiet fundamentali ġewx miksura jew le. 

L-Imħallef qal li kieku jsostni l-argument ta’ Borg, il-qorti tkun qed tħalli lin-nies jinjoraw ir-responsabbiltajiet li huma aċċettaw b’kuntratt.

Ir-regolamenti kienu ċari u r-riżultat tal-azzjonijiet tiegħu kienu prevedibbli, qal l-Imħallef, li kompla jgħid li kieku Borg għamel użu f’waqtu mill-għodod ipprovduti u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mil-liġi, kien ikun f’pożizzjoni tajba u ma jitfax b’idejh stess dawn is-sanzjonijiet mogħtija lilu nnifsu. 

More in Qrati u Pulizija