Il-Qorti tiċħad appell imressaq ippreżentat minn Yorgen Fenech

Yorgen Fenech ressaq appell fejn talab ordni mill-qorti biex il-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lil Melvin Theuma għal ġuri falz rigward il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Il-Qorti Kriminali tiċħad appell imressaq minn Yorgen Fenech, fejn talab ordni mill-qorti li ġġiegħel lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga lil Melvin Theuma għal ġuri falz fir-rigward ta’ xhieda relatata mal-proċeduri tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, li Fenech jinsab mixli li kkummissjona. 

Theuma, middle-man bejn Fenech u l-qattiela ta’ Caruana Galizia, irċieva maħfra presidenzjali għax-xhieda tiegħu dwar il-qtil tal-ġurnalista li seħħet fl-2017.

It-tim legali ta’ Fenech qed jiddubita mill-kredilità ta’ Thuema, fejn sostnew li x-xhieda tiegħu mimlija b’gidbiet. 

Is-sena li għaddet, il-qrati rrifjutaw talba li għamel Fenech fejn talab għall-investigazzjoni mill-pulizija fuq Theuma talli allegatament gideb taħt ġurament. 

Fenech ressaq appell fejn argumenta li l-qorti ffukat biss fuq l-allegazzjonijiet foloz ta’ Theuma u injorat id-dikjarazzjonijiet foloz l-oħra.

Il-Maġistrat Audrey Demicoli nnutat li filwaqt l-inkonsistenzi bejn it-testimonjanza ta’ Theuma quddiem l-inkjesta maġisterjali u waqt il-kumpilazzjoni tal-videnza, li kienu “xi ftit suspettużi”. Il-Maġistrat innutat li jista’ ikun possibbli li Thuema għamel allegazzjonijiet foloz u li ma jkunx għaqli li l-pulizija tinvestigah sakemm jintlaħqu l-konklużonijiet tal-proċeduri kontra Fenech. 

Il-qorti qalet li ma kienx hemm biżżejjed evidenza biex tilqa’ t-talba f’dan l-istadju. L-avukati ta’ Theuma ħeġġew lill-awtoritajiet biexiħarrku lil Fenech talli għamel akkużi ta’ ħsara kontra l-klijent tagħhom.

L-avukati Gianluca Caruana Curran, Charles Mercieca u Marion Camilleri qed jirrappreżentaw lil Fenech.

More in Qrati u Pulizija