Arrest ta' raġel li weġġa' gravi raġel ieħor, kien meqjus invalidu

Raġel ta' ta’ 21 sena mill-Marsa nħeles mill-arrest mingħajr kundizzjonijiet wara li l-arrest tiegħu ġie ddikjarat invalidu fil-qorti

Halejandro Edwardo Zammit, ta’ 21 sena, tressaq il-qorti nhar it-Tnejn quddiem il-maġistrat Lara Lanfranco fuq akkużi li weġġa’ gravi lis-sieħeb tal-eks sieħba tiegħu. Zammit, mill-Marsa, inħeles mill-arrest mingħajr kundizzjonijiet wara li l-arrest tiegħu ġie ddikjarat illegali fuq teknika.

L-ispettur Kathleen Zerafa spjegat kif il-Ħadd, għall-ħabta tal-4pm, żagħżugħ mar l-għassa b’wiċċu mimli demm biex jirrapporta li l-eks sieħeb tat-tfajla tiegħu attakkah. Il-vittma ttieħed l-isptar fejn wara ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Ftit wara, Zammit mar l-għassa wkoll biex jirrapporta li l-vittma attakkah ukoll. Zammit ġie arrestat. 

L-avukati ta’ Zammit, Franco Debono u Andreana Zammit, ikkontestaw il-validità tal-arrest. 

L-ispettur qalet li Zammit daħal fl-għassa fl-4:10pm, fl-istess waqt il-vittma kien għadu qed jimla r-rapport tiegħu. 

L-ispettur qalet li Zammit mar minn jheddu l-għassa sabiex jara jekk Mallia hux hemm.  Il-maġistrat tal-għassa ġie infurmat bl-arrest fit-8:20pm, qalet l-ispettur. 

F’dan l-istadju, Debono talab lill-qorti tiddikjara l-arrest bħala illegali u rrefera għall-kodiċi kriminali li juri biċ-ċar li spettur “kellu suspett raġonevoli li l-persuna li marret fl-għassa jew fl-uffiċċju tal-pulizija volontarjament setgħet wettqet reat soġġett għal priġunerija, tista’ tarresta lil dik il-persuna minnufih mingħajr mandat u tinformaha b’dan. Il-ħin tal-arrest għandu jiġi rreġistrat immedjatament u għandu jingħata avviż immedjat dwaru lill-Maġistrat.”

Zerafa argumentat li minkejja li Zammit mar minn jheddu l-għassa, ma kienx mar biex jagħmel rapport. U li l-maġistrat dam ma sar jaf bil-każ għaliex l-isptar dam ma ħareġ l-istat tal-vittma. 

Debono argumenta li ma tagħmilx differenza jekk kinux ġrieħi gravi jew le, imma fuq l-attendenza volontarja. Huwa kompla jgħid, li mhux għax billi kienu qed jistennew ir-rapport mill-isptar ifisser li jistgħu ma jsegwux il-liġi. 

Lanqas il-liġi ma tirrikjedi raġuni għall-attendenza volontarja tal-persuna fl-għassa, sostna l-avukat.

Zerafa nsistiet li Zammit ma ta l-ebda informazzjoni ħlief saqsa għar-raġel l-ieħor. Hija kompliet tgħid li l-maġistrat tal-għassa ma avżahiex biex titilqu wara li għaddietlu l-informazzjoni kollha. 

Fid-dawl tal-kodiċi kriminali, il-qorti kkunsidrat il-validità tal-arrest null u talbet għall-ħelsien immedjat ta’ Zammit. Minkejja dan, il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontrih se tkompli tinġabar.

More in Qrati u Pulizija