Żewġt aħwa ta’ 39 sena minn Ħal Qormi nżammu arrestati t-Tnejn wara li ġew akkużati li heddu lill-ġenituri u għamlu straġi f’darhom wara li rrifjutaw milli jtawhom flus għad-droga.
L-ispettur Christian Cauchi ressaq lill-aħwa tewmin quddiem il-maġistrat Lara Lanfranco fejn ġew akkużati li użaw il-vjolenza, inkluż vjolenza morali sabiex il-ġenituri jagħtuhom flus għad-droga. Wieħed mill-aħwa kien akkużat li uża arma tan-nar.
L-aħwa ġew akkużati wkoll li kkawżaw ħsara menatali lill-ġenituri anzjani tagħhom u li ġiegħluhom jibżgħu għall-ħajjithom, kif ukoll li kissru l-għamara u heddu lill-ġenituri.
L-imputat li hedded lill-ġenituri b’arma tan-nar, huwa akkużat li rreżista b’mod vjolenti għall-arrest u hedded uffiċċjal tal-pulizija u weġġa’ ħafif ieħor.
L-istess imputat kien akkużat ukoll li wettaq reat matul il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża.
It-tewmin kienu akkużati li kisru ordni ta’ trattament li kienu tqiegħdu taħtha f’proċedura oħra.
L-ispettur Cauchi qal li fis-17 ta’ Marzu, il-ġenituri tal-imputati marru l-Unit tal-Vjolenza Domestika u rrappurtaw li wliedhom kienu vvizzjati tad-droga. Cauchi żied li darba minnhom waqt li l-missier kien qed inaddaf l-armoi tan-nar, ibnu qabad arma u heddu biha biex jagħtih il-flus.
Il-missier qal lill-pulizija li nefaq miljuni ta’ ewro fuqil-vizzju ta’ wliedu.
L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi.
L-avukat tat-tewmin, Yanika Barbara talbet għall-ħelsien mill-arrest.
L-ispettur Cauchi oġġezzjona għat-talba, u qal li jkunu ta’ riskju li huma jissottomettu xhieda hekk kif kienu jżuru lill-ġenituri tagħhom kuljum. L-akkużati kellhom ukoll rekord kriminali.
Barbara argumentat li l-imputati qatt ma kisru l-kundizzjonijiet tal-pleġġ.
Barbara baqget kemmxejn xettika fuq ir-rappor tal-użu tal-arma tan-nar, skontha r-rapport kellu jsir ‘l għada u mhux tliet xhur wara.
Il-libertà proviżorja ġiet miċħuda minħabba n-natura tal-akkużi, u anke minħabba l-fatt li l-allegati vittmi għad iridu jixhdu fil-każ, u b’hekk il-qorti taf li mhux se jkun hemm tbagħbis mal-evidenza.