Raġel mixli li ta fastidju lill-eks sieħba waqt li kien taħt kustodja

Raġel li kien qed jinżamm taħt kustodja preventiva talli allegatament ta daqqa ta' ponn f'wiċċ l-eks sieħba tiegħu f'Diċembru 2023 talli ċemplilha, biss biss għamel 20 telefonata f'lejl wieħed

Raġel li kien qed jinżamm taħt kustodja preventiva talli allegatament ta daqqa ta' ponn f'wiċċ l-eks sieħba tiegħu f'Diċembru 2023, tressaq il-qorti nhar il-Ħamis akkużat li ċemplilha ħafna drabi mill-ħabs. 

L-ispettur Christian Cauchi ressaq lil Tyson Bugeja mill-Birgu quddiem il-maġistrat Astrid May Grima wara li l-mara għamlet rapport fl-4 ta' Marzu. Hija qalet lill-pulizija li minkejja l-ordni ta' protezzjoni li kellha biex Bugeja ma jagħmilx kuntatt magħha, xorta ċemplilha mill-ħabs fl-aħħar xahrejn. 

Rekords tal-ħabs urew li Bugeja ċempel biss biss 20 darba lill-eks sieħba tiegħu bejn it-2 u 3 ta' Marzu, qal l-ispettur. Ir-raġel jinsab arrestat u suġġett għal diversi proċeduri kriminali li għadhom għaddejjin fejn huwa kien l-imputat u l-eks sieħba l-vittma. 

Bugeja ġie mixli b'akkużi ta' fastidju, uża b'mod ħażin apparat tat-telekomunikazzjoni, kiser żewġ ordnijiet ta' protezzjoni u tliet settijiet ta' kundizzjonijiet ta' pleġġ, kif ukoll kien reċediv. 

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi. Il-libertà proviżorja ma ġietx mitluba.

Il-prosekuzzjoni talbet lill-qorti toħroġ ordni ta' protezzjoni. 

L-avukati Mario Mifsud u George Anton Buttigieg assistew lil Bugeja.

More in Qrati u Pulizija