Każ ta' kuntrabandu taż-żejt, għadu mhux magħruf l-ammont ta' ħasil ta' flus

Florinda Sultana u Albert Buttigieg kienu ġew arrestati fl-2021 fuq akkużi ta' ħasil ta' flus u anke fuq każ tal-kuntrabandu taż-żejt

Albert Buttigieg (xellug) and Florinda Sultana (lemin)
Albert Buttigieg (xellug) and Florinda Sultana (lemin)

Tkompla l-każ kontra Florinda Sultana u Albert Buttigieg fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana. 

Il-koppja kienu ġew arrestati fl-2021 fuq akkużi ta’ ħasil flus b’rabta ma’ ristoranti Porticello u Capo Mulini. Sultana u Buttigieg kienu qalu li mhumiex ħatja tal-akkużi. Huwa mifhum illi permezz ta’ din l-operazzjoni kienu qed jaħslu flus b’relazzjoni ma’ kuntrabandu taż-żejt. 

L-avukat qal lill-Qorti li għadda ħafna żmien u l-ammont ta’ kemm ġie ffrodut għadu qatt ma ġie żvelat s’sissa. 

L-avukat li qed jassisti lil Sultuna u Buttigieg, Stefano Filetti flimkien mal-avukati Nicole Galea, Christina Sutton u Martina Cuschieri, informa lill-qorti li talab li jitneħħa l-iffriżar min fuq l-assi tal-imputati skont il-qafas legali l-ġdid, Att 6 tal-2024, li ġie introdott fi Frar. 

L-avukat spjega li kien hemm problema rikorrenti f’każi ta’ ħasil ta’ flus. L-avukat kien informa lill-Ispettur tal-Pulizija James Turner. Turner kien akkuża lill-koppja; il-prosekuzzjoni kienet għadha ma identifikatx it-tranżazzjonijiet li kienu intiżi biex jaħslu l-flus kontanti. 

Filletti qal li l-ispettur kien ikkonferma li l-flus kienu ssuspettati li ġejjin minn kummerċ illeċitu taż-żejt li jinvolvi lil Darren Debono.

L-ispettur kien sostna li, indipendentement mill-fondi li allegatament kienu rċevuti mingħand Darren Debono, kien hemm ukoll it-taħlit ta’ flus dikjarati u mhux iddikjarati permezz tar-ristorant.

Filletti qal li kien irrimarka li fil-każ ta’ Pieta Marina, ir-ristorant kien ilu anqas minn sena f’dak il-punt u lanqas kien ippreżenta dikjarazzjoni tat-taxxa.

Il-Maġistrat Caruana qal li l-qorti tiegħu ma kinitx il-forum it-tajjeb biex fih jitqajjem dan il-punt u li se jiddependi fuq l-ammont li tippreżenta l-prosekuzzjoni. 

Filletti sostna li jekk ma jingħatax kalkalu tal-ammont, mhux se jkollu bażi fuq xiex jibni appell.

Filwaqt li semma l-Att tal-Parlament introdott ix-xahar li għadda li jemenda diversi liġijiet li jittrattaw proċeduri ta’ kriminalità, l-avukat qal li din il-problema partikolari ma kinitx se tissolva billi “tingħata setgħa ġenerali lill-prosekuzzjoni biex tmexxi l-qorti.”

Il-Qorti qalet li l-punti kollha mqajma mid-difiża se jkunu indirizzati fis-seduta li jmiss, li hija intiża għal provi u sottomissjonijiet dwar jekk l-ordni tal-iffriżar għandhiex tiġi limitata jew le.

More in Qrati u Pulizija