14-il persuna arrestati waqt operazzjoni konġunta bejn il-Pulizija Maltija u l-Europol

 

14-il persuna ġew arrestati wara operazzjoni li saret bħala parti mill-‘Joint Action Day’

14-il persuna ġew arrestati mill-Pulizija Maltija, f’operazzjoni li saret bħala parti mill-‘Joint Action Day’.

L-14-il persuna kienu arrestati b’rabta ma’ immigrazzjoni illegali, filwaqt li se jitressqu l-Qorti tliet sidien ta’ stabbilimenti tal-ikel Afrikani fuq ksur tar-regolamenti tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk ġew issekwestrati diversi dokumenti, ikel projbit, kif ukoll affarijiet relatati mad-droga.

L-operazzjoni kienet ikkordinata mill-Europol, kontra l-kriminalità organizzata Niġerjana madwar l-Ewropa. Il-Pulizija Maltija ħadmet ma’ diversi entitajiet lokali, fosthom id-Dipartiment tad-Dwana, is-Servizzi ta’ Detenzjoni u d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, fejn saru numru ta’ spezzjonijiet u nfurzar fil-lokalitajiet tal-Marsa, Ħamrun u San Ġiljan.

F’din l-azzjoni ħadu sehem diversi skwadri tal-Pulizija fosthom tal-Immigrazzjoni, ta’ Kontra dDroga, ta’ Kontra l-Vizzji, tar-Rapid Intervention Unit, tal-Klieb, kif ukoll tad-Distrett u dawk għall-Komunità.

More in Qrati u Pulizija