Konġestjoni ta' traffiku fin-Nosfsinhar ta' Malta wara inċident fi Triq Reġjonali

Ġie rrappurtat traffiku fin-Nofsinhar ta’ Malta wara li seħħ inċident żgħir f’Santa Venera, fejn seħħet ħabta bejn sewwieq ta’ mutur u karozza li kkaġunaw traffiku minn Triq Reġjonali li jibqa’ sejjer sa Aldo Moro il-Marsa

Ġie rrappurtat traffiku fin-Nofsinhar ta’ Malta wara li seħħ inċident żgħir f’Santa Venera. 

Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tat-8:15 ta’ filgħodu, seħħet ħabta bejn sewwieq ta’ mutur u karozza. Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar, iżda ma ġew irrappurtati l-ebda ġrieħi gravi.

L-inċident fit-triq reġjonali kkawża traffiku kbir, minn Triq Reġjonali li jibqa’ sejjer sa Aldo Moro il-Marsa, b’sewwieqa rrappurtaw li kienu mwaħħlin fit-traffiku fil-viċinanzi tal-kampus tal-MCAST ta’ Raħal Ġdid.

Nhar it-Tnejn, minn tagħrif imressaq fil-parlament tefgħa dawl fuq l-istatistika tal-inċidenti tat-traffiku fl-2023. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri kien qal li fl-2023 ġew irrappuratati total ta’ 1389 inċident, li minn dawn, 14-il persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ inċident tat-traffiku. Filwaqt li fl-2022, kienu ġew irrappurtati biss 1341. 

Il-Maltin għadhom qed jistennew li jiġi ntrodott pjan sabiex titaffa l-konġestjoni tat-traffiku li taħkem it-toroq filgħodu. 

More in Qrati u Pulizija