Mara Ingliża li kienet qed iżżur lis-sieħeb tagħha fil-vaganzi tal-Milied, inżammet taħt arrest preventiv wara li allegatament tagħtu daqqa ta’ sikkina fil-koxxa nhar il-Ġimgħa.
L-Ispettur Sherona Buhagiar ressaq il-Qorti lil Sarah Howe ta' 42 sena quddiem il-maġistrat Astrid May Grima, fejn akkużat lill-mara li kkaġunat ferita ħafifa lis-sieħeb tagħha b’użu ta’ arma propja, kif ukoll li insultat u hedditu waqt l-inċident li seħħ ftit qabel nofs il-lejl tal-Ġimgħa.
Howe wieġbet mhux ħatja tal-akkużi.
Fil-Qorti ntqal li kemm l-imputat kif ukoll il-vittma kienu fis-sakra dak iż-żmien, bl-istat ta’ intossikazzjoni ta’ Howe jippersisti anke wara l-arrest tagħha.
Talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda mill-Qorti minħabba n-natura tal-akkużi, bil-maġistrat tordna wkoll li l-mara tiġi eżaminata minn professjonisti tas-saħħa mentali biex jekk ikun hemm bżonn tingħata l-assistenza.
L-avukat Lennox Vella kien avukat difensur.