Raġel bi ġrieħi serji wara inċident tat-traffiku f'Birkirkara

Raġel ta’ 37 sofra ġrieħi serji, wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara, kmieni l-Ġimgħa filgħodu

Raġel ta’ 37, mill-Pakistan u residenti Tas-Sliema, sofra ġrieħi serji, wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

Kmieni l-Ġimgħa filgħodu, madwar is-7:20am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sir Anthony Mamo, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Hyundai Tuscon, li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 58 sena residenti n-Naxxar.

Ir-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija