Il-Qorti ssib tliet irġiel ħatja li żammew ġurnalisti kontra l-volontà tagħhom fil-Berġa ta' Kastilja fl-2019

Din id-deċiżjoni ġiet wara appell mill-Avukat Ġenerali wara li fl-2020, il-Qorti ħelset lill-istess irġiel mill-akkużi tagħhom

Il-Qorti sabet tliet irġiel ħatja ħatja li żammew grupp ta’ ġurnalisti kontra l-volontà tagħhom fil-Berġa ta’ Kastilja. 

Il-każ imur lura għal Novembru tal-2019, u l-Maġistrat Joe Mifsud ma kienx sab lit-tliet irġiel ħatja, u għalhekk sar appell mill-Avukat Ġenerali.

Il-ġurnalisti involuti kienu Monique Agius, Miguela Xuereb, Julian Bonnici u Paul Caruana Galizia, li kienu qed jattendu konferenza tal-aħbarjiet fid-29 ta’ Novembru tal-2019. Dakinhar, il-Kabinett ta’ Joseph Muscat kien iddiskuta u ċaħad talba ta’ maħfra Presidenzjali għal Yorgen Fenech b’rabta mal-allegat involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fl-2020, il-Qorti ħeles lill-imputati hekk kif innutat li l-investigazzjoni tal-Pulizija ma identifikatx il-persuna li ordnat il-bieb ta’ Kastilja jingħalaq, u kkundanna l-aġir tal-ġurnalisti waqt li kienu fil-Berġa ta’ Kastilja.

L-Imħallef Aaron Bugeja illibera lil Jody Pisani, Mark Gauci u Emanuel McKay bil-kundizzjoni li ma jwettqux reati oħra fi żmien sitt xhur.

More in Qrati u Pulizija