Raġel jammetti l-ħtija li mmiżaproprija €92,000... Jikteb ċekkijiet marbuta ma' kontijiet bla flus

L-Ispettur Jonathan Ransley u Ritienne Gauci ressqu lill-akkużat ta' 49 sena quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq dalgħodu b'akkużi ta' frodi, miżapproprijazzjoni u dħul frawdolenti bejn l-2019 u l-bidu ta' l-2021

Żviluppatur mill-Iklin li kien qiegħed jirritorna depożiti ta' konvenji b'ċekkijiet marbutin ma' kontijiet li ma kinux qed jintużaw ammetta l-ħtija ta' frodi u akkużi relatati ma' miżapproprijazzjoni ta' flus. B'kollox fil-Qrati intqal illi ġew miżapproprijati €92,000. 

L-Ispettur Jonathan Ransley u Ritienne Gauci ressqu lill-akkużat ta' 49 sena quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq dalgħodu b'akkużi ta' frodi, miżapproprijazzjoni u dħul frawdolenti bejn l-2019 u l-bidu ta' l-2021. 

Il-pulizija qalet illi l-akkużat kien qed jgħaddi lura depożiti permezz ta' kontjiet li kienu magħluqa jew li ma kellhomx flus fihom. Il-klijenti tiegħu kienu marru għand il-pulizija wara akkużi illi l-proprjetà li kienu xtraw baqgħet ma nbnietx. 

L-akkużat ammetta l-ħtija wara li kkonsulta mal-avukati tiegħu, li fakkru illi din kienet l-ewwel darba li l-klijent tagħhom ġie akkużat quddiem il-Qorti. L-avukati imbagħad indikaw li l-akkużat jinsab maqbud f'każ ta' użura u qalu li dan kien ħa self u min tah is-self qed jitlob id-doppju

Il-Qorti aċċettat it-talba ta' ħelsien mill-arrest, sakemm jispiċċaw il-proċeduri,

More in Qrati u Pulizija