Raġel ta' 45 sena arrestat fl-Ajruport b'rabta ma' allegat importazzjoni ta' eroina

Huwa kien qiegħed jiġi investigat ukoll b'raba ma' traffikar u importazzjoni tad-droga

Pollakk ta' 45 sena ġie arrestat ilbieraħ fl-Ajurport Internazzjonali ta' Malta hekk kif fil-pussess tiegħu nstabu madwar erba' kilos sustanza suspettata droga eroina. Huwa ġie arrestat ukoll minħabba investigazzjoni mill-Pulizija b'rabta ma' traffikar u importazzjoni tad-droga. 

Ir-raġel twaqqaf mill-Pulizija hekk kif wasal Malta b'titjira minn Frankfurt, il-Ġermanja, wara informazzjoni li x'aktarx kien qiegħed iġorr sustanza illegali. Assistit minn uffiċjali tad-Dwana, il-Pulizija fetħu l-bagalja u f'qiegħ falz instab pakkett li fih kien hemm l-allegat droga, b'valur fit-triq ta' madwar €150,000. 

Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin. 

Intant, il-Maġistrat tal-Għassa Dr Monica Vella ġiet infurmata u ħatret inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Qrati u Pulizija