Nefqu €35,000 f'logħob mill-flus li kienu ġabru għal kura ta' binhom b'kanċer

Il-Qorti timmulta lil ġenituri ta' tifel li kien marid b'kanċer €50,000 wara li qabdu flus mogħtija għall-kura ta' binhom u lagħbuhom...

L-akkużati ma' binhom
L-akkużati ma' binhom

Il-Qorti kkundannat koppja tliet snin probation wara li spiċċat nefqet madwar €35,000 f'logħob tal-azzard, liema flus kienu ngħataw għall-kura ta' binhom li kellu kanċer. Il-Qorti kkonkludiet ukoll li ma kienx hemm dħul minn ħasil ta' flus, filwaqt li minkejja kollox xhieda minn Puttinu Cares qalu li t-tifel xorta ngħata l-kura li kellu bżonn għall-kanċer.

II-Qorti ordnat ukoll lill-missier iħallas multa ta’ €30,000 u lill-omm tħallas multa ta' €20,000. Hija kkonfiskat ukoll is-somma ta’ €35,000 u ordnat il-konfiska tal-proprjetà mobbli u immobbli tal-koppja.

Il-Maġitsrat Donatella Frendo Dimech kellha kliem iebes għall-koppja u akkużathom li sfruttaw mill-ġenerożità ta' min wera' ħniena lejn binhom stess. Akkużathom illi wrew nuqqas ta' apprezzament lejn min kien qed jagħmel atti nobbli lejn binhom u li qarrqu b'kulħadd kif ukoll li berbqu l-flus li b'diffikultà kienu ġabru u taw sħabhom u anke l-pubbliku in ġenerali. 

Il-Maġistrat Frendo Dimech żiedet li hija tistenna li minn issa ’l quddiem din il-koppja tgħix ħajja eżemplari bħala ġenituri.

More in Qrati u Pulizija