‘L-investigazzjoni ta’ Simone Grech damet 18-il sena għax il-Pulizija ħaditha b’serjetà kbira’

Il-prosekuzzjoni tirtira żewġ akkużi fil-konfront tal-irġiel involuti fil-qtil ta’ Simone Grech

Il-Prosekuzzjoni fil-ġuri tal-qtil ta’ Simone Grech tisħaq illi l-ebda investigazzjoni mhi perfetta, tant li qalet li “qatt mhu se jkollna pittura mikxufa kollha kompletament.” Dan qalitu proprju llum hekk kif il-ġuri waslet fi tmiema. Il-prosekuzzjoni saħqet li l-pulizija ħadet l-investigazzjoni b’serjetà kbira u kien għalhekk illi l-investigazzjoni damet 18-il sena.

Irridu nirrimarkaw li l-editorjal ta’ dan is-sit qal b’mod ċar li dewmien ta’ kważi 20 sena hija tal-mistħija għaliex kif tgħid l-espressjoni Ingliża: Justice delayed is justice denied! Fil-fatt l-editorjal saħaq li dan il-ġuri tant dam biex beda li mhux talli ma saritx ġustizzja ma’ Simone Grech, talli lanqas saret ġustizzja mal-familja tagħha u mal-ġenituri tagħha, li ħallew din id-dinja.

Apparti dan id-dewmien, il-Prosekuzzjoni se jkollha tirtira akkużi fil-konfront tal-irġiel involuti fil-qtil ta’ Simone Grech, jiġifieri Ismael Habesh u Faical Mahouchi. L-Uffiċjal Prosekutur qal illi sar żball min-naħa tal-prosekuzzjoni li akkużat lill-imputati b’liġijiet li meta seħħ ir-reat, ma kinux għadhom daħħlu fis-seħħ.

Dan l-artiklu qed jiġi aġġornat. 

More in Qrati u Pulizija