Raġel bi storja ta' droga u serq jinżamm taħt arrest wara hold up f'Ħal Luqa

Ir-raġel - li għandu problema ta' droga - kien diġà ingħata l-ħelsien mill-arrest tliet darbiet: Fl-2016, l-2019 u f'Mejju ta' din is-sena

Raġel inżamm taħt arrest wara li kien akkużat b'serqa b'arma lura fl-14 ta' Ottubru li għadda f'supermarket f'Ħal Luqa.

Apparti l-akkużi relatati mas-serqa, huwa kien ukoll akkużat illi żamm lill-impjegati kontra l-volontà tagħhom bil-għan li jisraq u jisfurzahom jgħaddulu oġġetti li kienu tagħhom. Huwa kien akkużat ukoll illi żamm sikkina fuqu mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu ngħatawlu fl-2016, fl-2019 u din is-sena stess. 

Id-deċiżjonijiet tal-Qrati fil-konfront tal-akkużat jindikaw illi dan għandu problema ta' droga, li wasslet biex hu jkun akkużat b'serq drabi oħra. 

Huwa wieġeb 'mhux ħati' għall-akkużi miġjubin kontrih. 

More in Qrati u Pulizija