'Nadine Lia għandha kunflitt ta' interess dirett u ma tistax tibqa' tisma' l-każ dwar Pilatus' - Repubblika

Repubblika tippreżenta dokumenti li jindikaw li l-Maġistrat hija werrieta ta' proprejtà tal-avukat Lia

Dokumenti ta' Repubblika jindikaw li l-Maġistrat Nadine Lia, li taħt idejha għandha l-każ ta' Pilatus Bank, hija eredi tal-avukat Pawlu Lia. Dan id-dokument imressaq mill-Għaqda mhux Governattiva (NGO) qiegħed jgħid li l-Maġistrat Lia għandha kunflitt ta' interess f'dan il-każ, mhux biss morali għaliex l-avukat Pawlu Lia huwa missier ir-raġel tagħha, iżda għaliex hemm interessi finanzjarji. Dan għaliex, biż-żwieġ tagħha hija tkun werrieta ta' proprjetà ta' Pawlu Lia. 

Intant aktar kmieni Repubblika fetħet inkjesta Maġisterjali kontra Lia għaliex irrifjutat milli tneħħi lilha nnifisha mill-każ ta' Pilatus.

Dakinhar Repubblika tat spjegazzjoni ċara ta' għaliex il-pożizzjoni tagħha f'dan il-każ joħloq kunflitt ta' interess. Fil-fatt il-President ta' Repubblika Robert Aquilina spjega li l-avukat Pawlu Lia kien rappreżentant tal-eks Ministru Konrad Mizzi. "Apparti minn hekk Mizzi hu assoċjat ma' Chen Cheng, in-negozjatur ewlieni Ċiniż mal-Enemalta. Cheng kellu kont fil-Pilatus u għaldaqstant, dak li hu allegat li kien qed ixaħħam lill-klijenti tal-avukat Lia (Konrad Mizzi), kellu kont fil-bank li hu suġġett tal-kawża tagħha," żied Aquilina. Apparti minn hekk Lia kien rappreżentant ta' diversi persuni oħra inkluż l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. 

More in Qrati u Pulizija