Ingann fl-imħabba... Raġel allegatament froda lil persuna oħra u jaħrab minn Malta

Persuna oħra se titressaq il-Qorti fuq akkużi ta' frodi b'ingann wara diversi każi s-sena l-oħra

Raġel ta' 40 sena min-Niġerja, li joqgħod San Pawl il-Baħar, allegatament kien involut fi frodi magħrufa aħjar mal-Pulizija bħala 'romance fraud' u ħarab minn Malta. Dan il-każ ġie identifikat wara numru ta' investigazzjonijiet li skattaw - mill-Pulizija tad-Distrett ta' Raħal Ġdid u mill-Iskwadra ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji - wara li s-sena li għaddiet tressqu numru ta' persuni l-Qorti, fuq allegatament 'romance fraud' ukoll. 

Ir-raġel ħarab minn Malta, iżda fil-ġimgħat li għaddew ġie arrestat fir-Renju Unit permezz ta’ Mandat ta’ Arrest Internazzjonali maħruġ mill-Pulizija Maltija.

Ir-raġel kien deportat lejn Malta fis-sigħat illi għaddew u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11:15AM. 

Dan l-artiklu se jkun qiegħed jiġi aġġornat fil-ħin li ġej.

More in Qrati u Pulizija