Raġel arrestat b'rabta ma' traffikar u importazzjoni ta' droga

Wara li saritlu tfittxija nstabu erba' kilos kannabis b'valur ta' aktar minn €100,000

Raġel ta’ 32 sena minn Marsaxlokk ġie arrestat waqt operazzjoni li saret mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, b’rabta ma’ traffikar u importazzjoni tad-droga lejn Malta minn Sqallija.

L-arrest sar tard nhar it-Tnejn filgħaxija wara li l-Pulizija kienu qegħdin isegwu l-movimenti ta’ dinghy. Kienu għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija xħin il-Pulizija ċċirkondaw id-dinghy hekk kif trakka ma’ moll f’Dellimara. Fuq id-dinghy kien hemm ir-raġel u wara li saret tfittxija instabu erba’ kilos kannabis, li l-valur fit-triq ilaħħaq iktar minn €100,000. 

More in Qrati u Pulizija