Sentenza ta' 25 sena ħabs għal raġel li pprova jimporta 50 kilo kannabis f'Malta mit-Tuneżija

Tano Farrugia, kompliċi f'dan il-każ, ġie arrestat t-Tuneżija stess u ngħata 20 sena priġunerija, iżda ġie rilaxxat qabel 

Raġel instab ħati li fl-2010 ipprova jimporta 50kg kannabis mit-Tuneżija u għaldaqstant ingħata 25 sena priġunerija u ġie mmultat €40,000. Il-prosekuturi f'dan il-każ qalu li Enan kien il-moħħ wara dan kollu u li l-pjan oriġinali tiegħu kien li jimporta total ta' 100 kilo kannabis u jaqsamhom fuq żewġ bastimenti. 

Kmieni din il-ġimgħa, bħala parti mix-xhieda kontrih, Tano Farrugia qal li Enan kien bagħtu t-Tuneżija biex jiġbor il-kannabis minn lukanda. Farrugia qal li ma kienx jaf li l-pulizija tal-lokal kienu skoprew bil-pjan tagħhom u spiċċa arrestat. Sussegwentement Farrugia tressaq quddiem il-Qorti Tuneżina u ngħata 20 sena ħabs. Madanakollu huwa inħeles mill-ħabs fl-2013 qabel mistenni għaliex ingħata maħfra mill-President tal-pajjiż hekk kif it-Tuneżija għalqet sentejn mir-revoluzzjoni tal-Arab Spring. 

Enan eventwalment ġie rrapportat lill-pulizija minn ħu Farrugia u ġie arrestat fit-13 ta' Jannar fl-2010 wara li sar raid f'daru. Hemm il-pulizija sabet riċevuti ta' trasferimenti ta' flus barra minn xtutna, li kienu maħsuba li għandhom x'jaqsmu mal-pjan tiegħu. Apparti minn hekk il-pulizija Tuneżina sabet riċevuti li jindikaw li l-persuna li tatu l-kannabis kien imħallas permezz ta' trasferiment ta' flus mill-akkużat. 

Intant waqt din is-seduta Farrugia stqarr mal-ġurija li qatt ma ngħata l-€15,000 li kien wiegħdu Enan. 

More in Qrati u Pulizija