Aktar kameras fi Triq il-Kosta! Numru ta' inċidenti iwasslu għal aktar sigurtà f'din iż-żona

Il-kameras se jitpoġġew fil-postijiet li l-aktar saru inċidenti fihom biex tiġi indirizzata l-problema

Fil-ġranet li ġejjin l-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA), fuq approvazzjoni ta' Transport Malta, se tkun qed twaħħal żewġ speed cameras fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn in-naħa ta' isfel ta' Malta.

Il-pjan ta' din it-triq ġie determinat fuq rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn Inkjesta Maġisterjali flimkien ma' studju, wara li kien hemm diversi inċidenti.  Għaldaqstant, dawn il-kameras se jkunu parti mill-pjan ta' sigurtà f'din it-triq u jikkumplimentaw dawk li diġà twaħħlu ftit xhur ilu, fid-direzzjoni lejn in-naħa ta' fuq ta' Malta. Għalhekk, dawn il-kameras se jitpoġġew fil-postijiet li l-iktar saru inċidenti u bil-għan li dawn il-black spots jiġu indirizzati.

More in Qrati u Pulizija