Eks Kuntistabbli jitlob li ma jixhedx fil-każ tal-attentat serqa tal-HSBC kawża ta' PTSD

Din il-ġimgħa se jibda' jinstema l-każ tal-attentat serqa tal-HSBC tal-2010 fil-konfrot tal-Koħħu

Il-Qorti Krimnali għandha tieħu deċiżjoni fuq talba  tal-eks Uffiċjal tal-Pulizija Kenneth Ciangura biex ma jixhedx quddiem il-Qorti, fil-każ tal-hold up tal-HSBC tal-2010. L-Uffiċjal, li ġie milqut fi sparatura fis-serqa tal-2010, għamel din it-talba hekk kif huwa jsofri minn post-traumatic stress disorder (PTSD) kawża tal-istess avveniment. 

Din il-ġimgħa se jibda' jinstema' l-każ tal-HSBC fil-Qorti fil-konfront ta' Vincent Muscat, magħruf aħjar bħala l-Koħħu u l-involviment tiegħu fl-attentat serqa. F'dan il-każ ġew arrestati wkoll żewġ persuni oħra. Nhar il-Ġimgħa, l-Imħallef Giovanni Grixtri sema' sottomissjonijiet tal-eks Kuntistabbli Kenneth Ciangura. Għaldaqstant jekk din it-talba tiġi aċċettata, Ciangura m'għandux għalfejn jidher quddiem il-Qorti iżda minflok jingħataw kopji tax-xhieda tiegħu. 

Intant Ciangura diġà tela' jixhed quddiem il-Qorti fl-2010 fejn huwa kien stqarr li dakinhar huwa mar fuq il-post wara rapporti ta' karozza suspettuża qrib iċ-ċentru tal-HSBC f'Ħal Qormi. Huwa rrakkonta li hekk kif tela' t-taraġ tal-bini, tliet irġiel libsin ġlekk u parrokka niżlu t-taraġ. Hekk kif sabu ruħhom wiċċ imb' wiċċ mal-Pulizija, dawn l-irġiel daru f'salt u ġrew lejn il-binja. 

Ciangura qal li s-suspettati fis-serqa sparawlu hekk kif kien sejjer lura lejn il-karozza. L-eks kuntistabbli xehed li huwa kien sparata żewġ tiri fl-arja bħala twissijja. Spjega li meta rrealizza li l-persuni kienu qed jisparaw lejn id-direzzjoni tiegħu, huwa rritalja. Kien hawn li Ciangura flimkien mal-kollegi tiegħu talbu għall-għajnuna u staħbew wara Daihatsu li kienet wieqfa n-naħa l-oħra tat-triq. Huwa qal li kien s-suspettati sparaw 61 tir. Huwa spara 17-il tir u l-kollegi l-oħra 14. 

Waqt din il-ġlieda bl-armi, vettura tat-tip Kia Sorento waqfet quddiem il-bank fejn it-tliet suspettati daħlu fiha u ħarbu minn fuq il-post. 

Minn naħa l-oħra fi Frar tal-2021, il-Koħħu ammetta li kellu rwol fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wara li ngħatatlu l-proklama, b'sentenza ta' 15-il sena priġunerija. Huwa ngħata l-proklama wkoll fil-każ tal-qtil tal-avukat Carmel Chircop fl-2015. Minn dakinhar Muscat għamel żewġ talbiet oħra għall-proklama, f'dan il-każ b'rabta mal-attentat serqa tal-HSBC. 

L-avukati Franco Debono u Roberto Montalto se jkunu l-avukati difensuri ta' Muscat waqt il-ġuri. 

More in Qrati u Pulizija