Is-sid tal-Valyou qal lil Herman Grech li Ivan Camilleri kien seraq bejn €11,000 u €18,000 fi prodotti

Ikompli jinstema' l-libell li kien fetaħ l-eks ġurnalist ta' The Times wara li ġie akkużat li qed jisraq minn supermarket

Ivan Camilleri
Ivan Camilleri

Meta kien qed jixhed fil-Qorti l-Editur ta' The Times of Malta Herman Grech spjega li s-sid tas-supermarket Valyou kien qallu li l-figuri relatati ma' serq mill-eks ġurnalist tal-istess The Times Ivan Camilleri kienu kbar ħafna, u saħansitra kienu jammontaw għal bejn €11,000 u €18,000 f'serq, b'Camilleri iħallas lura biss €5,000. Grech qal - hekk kif kien mistoqsi mill-Avukat Veronique Dalli li qed tidher għad-Direttur Maniġerjali tal-Mediatoday Saviour Balzan - li Ray Mintoff (is-sid tas-supermarket) kien qallu li ma marx għand il-pulizija għax ma xtaqx joħloq storja kbira mill-biċċa xogħol. 

Wara storja fuq il-gazzetta Maltatoday li rrappurtat kif Camilleri kien inqabad jisraq minn supermarket, Camilleri kien qal li din l-istorja ma kinitx veritiera u kienet tirrifletti biss żball tiegħu. Għall-bidu - spjega Grech - The Times kienet iddefendiet lill-ġurnalist tagħha, imma mbagħad reġgħu lura minn din id-difiża wara li ndagaw aktar dwar x'ġara u ma ġarax. The Times kienet sabet illi kienu sabu li l-istqarrija ta' Ivan Camilleri kienet kontradittorja. 

Herman Grech qal li hija "gidba sfaċċata" dik ta' Camilleri li l-kumpanija kienet qed tfittex raġunijiet biex tkeċċi lill-ġurnalist. 

L-Avukat Peter Fenech - li qed jidher għall-akkużat - sostna li hemm xhieda li hija totalment il-kontra ta' dak li qal Grech illum fil-Qorti, bl-Avukat Veronique Dalli tfakkar li hemm xhieda oħra li tikkorrabora dik ta' Herman Grech, u allura x-xhieda tal-Editur Maniġerjali ta' The Times, Michel Rizzo. 

Grech qal li kien diġà kellmu direttur ieħor tas-supermarket biex imur ikellmu u ma marx, mingħajr l-għarfien li xtaq ikellmu dwar dan is-serq.

Il-libell se jkompli jinstema' fi Frar.

 

More in Qrati u Pulizija