Sentenza sospiża għal żewġ irġiel li jorqdu barra u li serqu minn supermarket u vettura

Sentenza sospiża għal żewġ irġiel li jorqdu barra u li serqu minn supermarket u vettura

Żewġ irġiel ammettew akkużi ta' serq aggravat u ingħataw sentenzi sospiżi wara li l-Qorti intqalilha li dak kollu li serqu reġgħu rritornawh. 

L-irġiel - wieħed Olandiż u ċittadin tal-Emirati Għarab Magħquda kienu arrestati u tressqu quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, wara li kienu akkużati illi serqu minn supermarket u anke minn Land Rover ipparkjata f'Ħal Balzan dan ix-xahar stess. 

L-Ispettur Christabel Chetcuti, li kienet qed tmexxi l-Prosekuzzjoni, akkużat lill-irġiel illi kienu qed jgħixu ħajja li fiha la jaħdmu u lanqas huma attivi u għalhekk talbithom iħallsu l-ispejjeż kollha relatati ma' dan il-każ. L-Ispettur qalet illi l-akkużati kienu qed jorqdu barra f'Birkirkara u Ħal Balzan għall-aħħar xahar. 

L-Avukat Josette Sultana li dehret għall-akkużata bħala avulat tal-għajnuna legali qalet illi l-irġiel qed jammettu l-ħtija, filwaqt li sostniet illi l-ħabs mhuwiex post dawn l-irġiel li qalet illi hemm minn fejn isibu akkomodazzjoni imma għadhom mhux familjari ma' pajjiżna. 

Il-Qorti nnutat li l-akkużati kienu qed jammettu l-ħtija u li rritornaw dak li kienu serqu. Għalhekk sabithom ħatja imma tathom sentenza ta' 12-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. 

More in Qrati u Pulizija