Mara tammetti li serqet numru ta' flixken tal-inbid u pakkett chicken wings

Minkejja li kkooperat u rritornat flixkun tal-inbid u l-pakkett tat-tiġieġ xorta tressqet il-Qorti

Mara ngħatat il-libertà proviżorja sakemm tingħata s-sentenza wara li ammettiet akkużi ta’ serq. Il-mara Franċiża ta' 54, residenti n-Naxxar, ammettiet li serqet minn ħanut, numru ta' flixken tal-inbid u chicken wings. 

L-Ispettur spjegat kif, f’ħames okkażjonijiet separati bejn id-9 ta' Lulju u t-18, il-mara telqet mill-ħanut mingħajr ma ħallset għall-flixken tal-inbid fil-basket tax-xiri tagħha. Fid-19 ta’ Lulju hi serqet ukoll pakkett chicken wings. Is-sidien tal-ħanut għamlu kuntatt mal-pulizija, u infurmawhom li hi kienet tpoġġi l-oġġetti fil-baskett tagħha u titlaq mingħajr ma tħallas.

Quddiem il-maġistrat Nadine Lia llum waranofsinhar, il-mara wieġbet ħatja għal ħames akkużi ta’ serq. L-Ispettur qal lill-qorti li l-mara kienet ikkooperat u rritornat flixkun inbid u l-ġwienaħ tat-tiġieġ. L-ispettur temm jgħid li "hemm problema ta' alkoħol u possibiltà ta' kwistjonijiet ta' saħħa mentali." 

More in Qrati u Pulizija