Il-Qorti tordna kumpens ta' €300 lil Keith Schembri fuq l-iffriżar tal-assi tal-kumpaniji tiegħu

Il-Qorti tfakkar li mhux raġonevoli li persuna affetwata minn mandat taħt l-Att tal-Prevenzjoni mill-Ħasil tal-Flus, tieqaf tiffunzjona kummerċjalment għal perjodu ta' sena

L-eks Chief of Staff f'Kastilja Keith Schembri rebaħ każ kontra l-ordni ta' ffriżar fuq l-attivtajiet kummerċjali tiegħu.  Il-Qorti ordnat li kull persuna relatata mal-kumpaniji ta' Schembri - li kellhom l-assi ffriżati minn Settembru li għadda - jieħdu kumpens ta' €300 kull wieħed.

F'deċiżjoni mill-Qorti dalgħodu -  L-Imħallef Lawrence Mintoff qal illi mhijiex raġonevoli u żgur li mhuwiex l-għan tal-leġiżlatur li jkollok persuna affetwata minn mandat taħt l-Att tal-Prevenzjoni mill-Ħasil tal-Flus, tieqaf tiffunzjona kummerċjalment għal perjodu ta' sena jew sakemm ikun taħt att ta' akkuża.

Huwa qal illi dan huwa ksur tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li jirrikjedi bilanċ bejn l-interess ġenerali tal-istat u l-interess li jkun protett id-dritt fundamentali tal-bniedem. 

L-Imħallef fakkar li l-Qorti diġà kellha l-opportunità li tesprimi lilha nnifisha dwar kontro-bilanċ, sabiex kumpaniji ma jsofrux id-daqqa tal-mewt.  Fakkar illi l-applikanti għandhom dritt ta' rikors u li jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom, imbagħad tkun il-Qorti li tiddeċiedi jekk sarx ksur tat-tgawdija tal-proprjetà privata. 

 

 

More in Qrati u Pulizija