Relazzjoni fuq l-internet twassal biex mara tisfa misruqa eluf ta' ewro

Il-mara għaddiet eluf ta' ewro lil dan iż-żagħżugħ li kien mingħaliha qed jgħix l-Awstralja iżda li fil-fatt kien qed jgħix f'San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 26 sena tressaq il-Qorti akkużat bi frodi, jew aħjar b’dak magħruf bħala ‘romance fraud’ u dan wara li fi Frar li għadda tressqu l-Qorti sitt persuni oħra.

Mill-investigazzjoni li saret mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji, jirriżulta li l-vittma, mara ta’ 58 sena, daħlet f’relazzjoni virtwali ma’ persuna li allega li huwa Malti-Awstraljan li kien qiegħed jgħix Malta, imma li kellu jmur lura l-Awstralja.

Minkejja li qatt ma kienet iltaqgħet miegħu, hija ddepożitatlu eluf ta’ ewro f’kont bankarju.

Madanakollu, dan ir-raġel kien qiegħed jgħix Malta u wara investigazzjoni ġie arrestat. Irriżulta li huwa mill-Kosta tal-Avorju u kien qed jgħix f’appartament f’San Pawl il-Baħar.

Huwa tressaq il-Qorti llum u għalkemm wieġeb mhux ħati nżamm arrestat.

More in Qrati u Pulizija