Vince Buhagiar - eks Direttur tal-Allied Newspapers - akkużat b'korruzzjoni jingħata l-ħelsien mill-arrest

Diretturi ta' Allied Newspapers fost dawk li se jitressqu l-Qorti ma' Keith Schembri fuq akkużi ta' korruzzjoni u ħasil ta' flus 

Il-binja minn fejn topera l-gazzetta
Il-binja minn fejn topera l-gazzetta

Mal-11-il persuna li se jitressqu fil-ħin li ġej fil-Qorti - flimkien mal-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru - mistennija jitressqu wkoll numru ta' Diretturi tal-Allied Newspapers, li jippubblikaw il-gazzetti The Times u The Sunday Times. 

Fil-fatt tressaq Vince Buhagiar - eks Direttur ta' Allied Newspapers - tressaq akkużat b'korruzzjoni fost oħrajn.  Huwa iżda ingħata l-ħelsien mill-arrest kuntrarjament għal Keith Schembri u t-tmexxija ta' Nexia BT.  Dan iżda fuq depożitu ta' €20,000 u garanzija personali ta' €40,000. 

Minkejja din id-deċiżjoni huwa mistenni li jitressaq ukoll Adrian Hillman li jingħad li jinsab ir-Renu Unit u jista' jkun ukoll li jitressaq direttur ieħor tal-Allied Newspapers fis-sigħat li ġejjin.

Ara hawnhekk fuq xhiex kien akkużat Keith Schembri, missieru u numru ta' nies oħrajn.

Ara hawnhekk fuq xhiex kienu akkużati persuni minn Nexia BT.

More in Qrati u Pulizija