Żagħżugħ Ingliż iweġġa’ ħafif wara li ndarab b’oġġett bil-ponta f'Paceville

Kelliem għall-Pulizija qal li raġel Ingliż ta’ 22 sena sofra ġrieħi ħfief wara li ndarab b’oġġett bil-ponta fi Triq Wilġa l-Ħamis wara nofsinhar

Kelliem għall-Pulizija qal li raġel Ingliż ta’ 22 sena weġġa’ ħafif wara li ndarab b’oġġett bil-ponta fi Triq Wilġa għall-ħabta tat-3pm l-Ħamis.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex jiġi stabbilit x’wassal għall-każ.

More in Qrati u Pulizija