Tliet irġiel jippruvaw jitilqu minn Malta b'ċertifikat falz ta' test tal-Covid-19

Weħed minnhom kixef lill-persuna li qed tipproduċi tali riżultati foloz tal-Covid-19

Żewġ irġiel ingħataw sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin, wara li nqabdu jippruvaw jitilqu mill-pajjiż b'riżultat falz ta' test tal-Covid-19, filwaqt li raġel ieħor Libjan ingħata l-libertà proviżorja wara li għen lill-pulizija jintraċċaw lill-persuna li kienet qed tipproduċi dawn iċ-ċertifikati foloz. 

Il-Qorti talbet divjet fuq l-isem tal-Libjan sabiex ma tkunx ppreġudikata l-investigazzjoni fir-rigward tal-persuna li qed tipproduċi tali ċertifikati foloz.  Huwa ammetta l-ħtija li kien konxju tal-fatt illi kien qed juża dikjarazzjoni falza.  L-Ispettur Silvio Magro li kien qed imexxi l-Prosekuzzjoni qal li dan l-akkużat ikkopera mal-pulizija u mar lilhinn minn dak mistenni minnu. 

Id-difiża tmexxiet mill-avukat Charles Mercieca. 

More in Qrati u Pulizija