Jagħmluha ta' xi ħadd qed ifittex l-imħabba u ffrodaw lil mara anzjana €58,000

Is-sitt persuna se titressaq il-Qorti b'konnessjoni ma' dawn l-akkużi

(arkivji)
(arkivji)

Is-sitt persuna se titressaq il-Qorti llum b'konnessjoni ma' allegat frodi ta' €58,000 minn mara anzjana f'dak li jidher bħala ċirku ta' nies jilgħabuha li qed ifittxu sieħeb jew sieħba u jispiċċaw jitolbu flus mingħandhom.  

Iktar kmieni din is-sena plejer tal-football Niġerjan kien arrestat flimkien ma' Maltija u tliet Niġerjani oħrajn u akkużati b'konnessjoni ma' frodi kontra mara anzjana minn persuni li kienu qed jippretendu illi huma suldat Amerikan fl-Afganistan.  Huma kienu wieġbu mhux ħatja imma xorta inżammu taħt il-kustodja tal-pulizjja.

Dan kien l-ewwel każ tat-tip tiegħu f'pajjiżna. 
 

More in Qrati u Pulizija