Aġġornata | Kien jistiednu d-dar biex jurih mossi tar-wrestling u minflok stuprah u abbużah għal ħames liri

Xhieda xokkanti il-konfront ta' Dun Ġużepp Cini ta storja ta' abbuż u saħansitra stupru

Dun Gużepp Cini
Dun Gużepp Cini

Wara x-xhieda tal-allegat vittma ta' abbuż f'Għawdex fil-konfront ta' Dun Ġużepp Sultana, li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, bdiet ix-xhieda fil-Qorti ta' Għawdex fil-konfront ta' Dun Ġużepp Cini illi fiha reġa' qed jixhed l-istess allegat vittma. Il-Qorti ordnat li l-isem tax-xhud ma jistax jiġi ippubblikat. 

Huwa reġa' qal illi l-ewwel li tkellem kien ma' "Dun Anton" (Illum l-Isqof ta' Għawdex) li qallu jirrapporta lill-Kummissjoni tas-Safegurading.  Wara li tkellem ma' qassis ieħor, ċerti Fr. Dominic, ħa dan il-pass.  

Intant hu jispjega kif meta kellu bejn tmienja u disa' snin kien mar id-dar ta' Cini x-Xagħra, fit-triqtu għal Marsalforn.  "Mort it-toilet u staqsieni jekk ħsiltx idejja u l-parti tiegħi.  Għidtlu le, u allura ħadni lura fil-kamra tal-banju u poġġa l-parti tiegħi f'ħalqu."

Huwa jispjega kif il-qassis ġieli ħadu 'l bogħod mill-bini bil-karozza u kien jbagħbsu, filwaqt li li qal ukoll li l-abbuż imbagħad estenda fi stupru.  "Darba mort id-dar tiegħu ... imbuttani fuq is-sufan u ppenetrani.  Bdejt ngħajjat u nwerżaq, iżda hu baqa' għaddej."

Ix-xhieda qal illi spiċċa waqa' f'dipressjoni kbira u meta kellu bejn 13 u 14-il sena beda jieħu d-drogi u l-alkoħol filwaqt illi ta' 18-il sena pprova jwettaq suwiċidju.  "Kont umiljat, nistħi minni nnifsi." 

Huwa qal li Cini kien jagħtih il-flus kull darba li jmur miegħu u aktar kemm imur aktar jagħtih flus, bl-akkużat jagħti ħames liri Maltin l-aħħar li abbużah, meta stuprah.  L-abbuż dam għaddej għal madwar sentejn jgħid il-vittma bil-Prosekuzzjoni f'dan il-punt tieqaf tistaqsi

Intant id-difiża staqsiet lix-xhieda għalfejn Cini kien mar id-dar tal-qassis.  Ix-xhieda jgħid li ma jiftakax eżatt għalkemm jista' jkun li Cini kien talbu jmur biex jgħallmu xi mossi tar-wrestling.  Huwa jgħid ukoll li ma jistax jiftakar kif kienet id-dar ta' Cini għajr li kienet żgħira.

Huwa qal li ma jafx jekk Cini qattx għamel l-istess ma' abbatini oħrajn. 

Id-difiża staqsiet mistoqsijiet dwar xi dettalji oħrajn, bħal fuq xhiex tkellmu meta ltaqgħu, iżda l-vittma qal li ma jiftakarx. 

Kif ġara fil-każ ta' Sultana kien hemm nuqqas ta' qbil dwar jekk Cini għandux jingħata ħelsien mill-arrest.

 

More in Qrati u Pulizija