Żewġ qassisin se jittellgħu l-Qorti ta' Għawdex akkużati li stupraw abbati

Illum dawn il-qassisin ġew interrogati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzji ġabret biżżejjed provi sabiex tkun tista’ tipproċedi kriminalment fil-konfront ta’ żewġ qassisin u jkunu akkużati b’allegat stupru u korruzzjoni ta’ minorenni.  Minn informazzjoni mogħtija lil dan is-sit jidher illi ż-żewġ qassisin huma Dun Ġużepp Sultana u Dun Ġużepp Cini. 

L-allegati abbużi seħħew diversi snin ilu, meta l-allegat vittma kien abbati.

Iż-żewġ persuni kienu arrestati lbieraħ u matul il-ġurnata tal-lum kienu nterrogati fit-tul fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana.

Il-każ beda jiġi investigat mill-Pulizija wara rapport li sar lis-Safeguarding Commission fi ħdan il-Kurja. Iż-żewġ membri tal-kleru se jkunu qegħdin jitressqu l-Qorti ta' Għawdex għada fit-8:30 a.m, quddiem il-Maġistrat Dr Monica Vella. 

More in Qrati u Pulizija