18-il immigrant jitressqu l-Qorti u jingħataw sentenzi sospiżi wara rewwixta f'Ħal Far

Ir-rewwixta wasslet għal ħsarat kbar, tisma' l-Qorti

18-il immigrant tressqu l-Qorti fuq akkużi ta' rewwixti f'Ħal Far jumejn ilu.

Ir-rewwixti waslu għal ħsarat kbar, fiċ-ċentru fejn kienu qegħdfin jinżammu dawn l-immigranti, intqal lill-Qorti. 

L-immigranti huma mill-Mali, il-Kosta tal-Ivorju, is-Somlja, Guinea u l-Gambja. 

 

Fis-sottomissjonijiet tiegħu l-avukat tal-għajnuna legali Martin Fenech qal illi hemm differenza bejn rewwixta u protesta.  Il-Qorti iżda rimarkat kif protesta ma twassalx biex issir ħsara fuq proprjetà. 

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech tat sentenzi sospiżi lill-irġiel skont kemm għamlu ħsara bis-sentenzi jvarjaw minn sena priġunerija sospiżi għal tliet snin sa 22 xahar priġunerija, sospiżi għal erba' snin. 

L-Ispetturi Josric Mifsud u Doriette Cuschieri mexxew il-Prosekuzzjoni.

More in Qrati u Pulizija