Raġel arrestat u akkużat fuq bejgħ ta' passaporti foloz

Ir-raġel ta' 32 sena kien arrestat wara tfittxijiet fid-dar tiegħu f'Wied il-Għajn

Raġel ta' 32 sena mis-Somalja kien akkużat illum bil-bejgħ ta' diversi passaporti foloz. 

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għal din l-akkuża quddiem il-Qorti, bil-pulizija tispjega illi r-raġel kien arrestat bħala l-mandant tar-reat tal-bejgħ ta' diversi permessi ta' residenza u passaporti foloz.

Ir-raġel kien arrestat nhar it-Tlieta wara tfittxijiet fid-dar tiegħu f'Marsaskala fejn il-pulizija sabu wkoll dokumenti misruqin. 

L-akkużat ma talabx il-ħelsien mill-arrest. 

More in Qrati u Pulizija