Seba' rġiel jinżammu taħt arrest wara li bdew rewwixta fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni fil-Marsa

Seba' rġiel ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest wara illi kienu huma li bdew rewwixta ta' 40 persuna

Seba' immigranti li qed ikunu akkużati li kienu parti minn rewwixta fiċ-ċentru ta' detenzjoni fil-Marsa nhar it-Tlieta - li għaliha pparteċipaw 40 immigrant -  inżammu fil-kustodja tal-pulizija.  Sitta huma Sudaniżi u wieħed huwa mis-Somalja.

Il-Maġistrat Josette Demicoli semgħet kif dawn is-sebgħa kienu identifikati bħala dawk li bdew din ir-rewwixta fiċ-ċentru.  Dawn għandhom bejn 16 u 29 sena u wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. 

L-Ispettur tal-Pulizija Paul Camilleri qal lil-Maġistrat illi l-akkużati kienu identifikati minn uffiċjali tas-sigurtà bħala dawk li l-ewwel qalgħu grada minn postha, imbagħad ħeġġew lil immigranti oħrajn jipprateċipaw fir-rewwixta.

Il-Qorti rriffjutat il-ħelsien mill-arrest. 

L-Avukat Martin Fenech deher bħala avukat tal-għajnuna legali għall-irġiel. 

More in Qrati u Pulizija